Monday, December 9, 2024

Komiku Malti ma jinstabx ħati li hedded lil Gordon Manché

Aqra wkoll

Komiku Malti ta’ 32 sena residenti Raħal Ġdid ma nstabx ħati li hedded u insulta lill-mexxej tal-komunità River of Love, Gordon Manche, waqt produzzjoni teatrali.

Daniel Xuereb tressaq il-Qorti wara li Manché nnifsu għamel rapport lill-Pulizija, minħabba li ttella’ filmat fuq il-pjattaforma ta’ TikTok, flimkien ma’ komiku ieħor.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-filmat li ttella’ fuq Tik Tok, kien hemm iċ-ċajta ta’ Xuereb tirreferi għal waħda mill-priedki ta’ Manche dwar is-sess anali, suġġett ta’ kontroversja kbira fuq il-midja soċjali.

Fix-xhieda tiegħu, Xuereb sostna li l-għan taċ-ċajta tiegħu kien li jdaħħaq u mhux li b’xi mod jinsulenta lil Manché jew inkella saħansitra li jheddu.

Il-Magistrat Kevan Azzopardi li pproseda l-każ, ħeles lil Xuereb minn kull akkuża u qal li dak li qal Xuereb fuq TikTok ma jitqiesx bħala kliem ta’ theddd fil-konfront ta’ Manche.

Il-Maġistrat Azzopardi qal li l-imputat żgur m’għandux il-mezzi biex jesegwixxi din it-tip ta’ theddida. Barra minn hekk, fil-kuntest li kienet magħmula, din it-theddida m’għandhiex titqies li din kienet waħda reali iżda li saret biex l-imputat idaħħaq lill-udjenza fil-kuntest tal-kummiedja li kien qiegħed jirreċta l-imputat.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Antoine Camilleri waqt li għal Xuereb dehru l-Avukati Ian Barbara u Michael Camilleri waqt li għal Manche dehret l-Avukat Jeanise Dalli.

Ekonomija

Sport