Thursday, May 16, 2024

Konduttur Ukren tal-opri ngħata t-titlu ta’ eroj wara li ddefenda ‘l pajjiżu waqt l-invażjoni Russa fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Kostyantyn Starovytskyi, li kien magħruf bħala wieħed mill-aqwa konduttur tat-teatri tal-opra fl-Ukrajna, ġie meqjus bħala eroj fl-Ukrajna. Dan wara li tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jiġġieled u jiddefendi lil pajjiżu fl-imxija tal-battalja bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Permezz tal-midja soċjali, l-opra ta’ Kyiv kitbu li tilfu eroj fil-kultura Ukrena u partikolarment dak li kien magħruf għalih, jiġifieri l-qasam tat-teatru. Lura fil-passat, il-konduttur ġie nnominat diversi drabi għal diversi premijiet, speċjalment fit-tmexxija u fil-produzzjoni tal-opri ta’ Kyiv, li tissejjaħ Gaetano Donizetti u li ilha teżisti għal madwar 150 sena.

Matul l-ewwel jiem tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, il-konduttur serva bħala ‘’rifleman’’ f’taqsima tal-kumpanija li tiddefendi ċ-ċentru territorjali tad-distrett ta’ Brovary.

Il-gwerra kontra r-Russja ta’ Vladimir Putin kienet ikkunsidrata bħala waħda devastanti għall-kultura fl-Ukrajna. Ġimgħa biss wara l-invażjoni s-sena l-oħra, intlaqtu teatru tal-opera u sala tal-kunċerti f’Kharkiv bil-missili. Hemmhekk kienu nqatlu minn tal-inqas għaxar persuni u ndarbu 35 persuna.

Barra minn hekk il-bombi Russi, fis-16 ta’ Marzu tas-sena l-oħra qerdu teatru f’Mariupol fejn iċ-ċivili kienu qegħdin jistkennew, fejn tilfu ħajjithom 600 ruħ. Skont investigazzjoni tan-New York Times, midja ibbażata f’New York, irriżulta li kien hemm madwar 339 sit kulturali Ukreni li sofrew ħsara sinifikanti fl-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

Sport