Sunday, November 24, 2024

Koppja Ingliża tiċċelebra 81 sena ta’ mħabba u taqsam is-sigriet tagħha

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kienu qalulhom li ż-żwieġ tagħhom mhux se jdum wisq iżda għall-kuntrarju ta’ dan, koppja Ingliża qed tiċċelebra l-81 anniversarju.

Huwa maħsub li Ron u Joyce Bond, li għandhom 102 u 100 sena u li jgħixu f’Shenley Wood Retirement Village f’Milton Keynes, huma l-iktar koppja li ilha miżżewġa fir-Renju Unit.

Binthom Eileen, li tqis lill-ġenituri tagħha bħala koppja ta’ ispirazzjoni kbira, tirrakkonta kif huma żżewġu fl-4 ta’ Jannar 1941 fi Newport Pagnell, Buckinghamshire. “Dak iż-żmien kienu qalulhom li ż-żwieġ tagħhom ma kienx se jdum wisq. Kemm kienu żbaljati!”

Kif għamlu dan? Billi tgħallmu jirrikonoxxu l-fatt li l-ħajja mhux dejjem tista’ tkun ward u żahar imma ladarba huma flimkien, l-imħabba tagħhom tegħleb kull ostaklu. Is-sigriet ta’ din l-imħabba? Il-kompromess.

Is-sena l-oħra, il-koppja rċeviet awguri bil-miktub mingħand ir-Reġina fl-okkażjoni tal-anniversarju speċjali tagħhom.

Il-koppja kienet iltaqgħet ġewwa Bletchley u żżewġu fl-Uffiċċju tar-Reġistru ta’ Newport Pagnell f’jum meta kien hemm tliet pulzieri ta’ borra fl-art.

“Kien hemm kjuwijiet twal ta’ koppji hekk kif is-sezzjoni ta’ Ron kollha kienu qed jintbagħtu barra mill-pajjiż biex jassistu fl-isforz tal-gwerra,” qalet is-Sinjura Bond.

Il-koppja qablet li saru jinħabbu mal-mument li ltaqgħu u fissru sigriet importanti ta’ kif irnexxielhom isaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom. Qalu li fir-relazzjoni tagħhom m’hemmx persuna li taġixxi bħala kap iżda tgħallmu li biex jimxu ‘l quddiem, it-tnejn li huma għandhom jagħmlu l-parti tagħhom u tgħallmu dwar l-importanza li daqs kemm għandhom jieħdu, għandhom jagħtu lura wkoll. B’hekk l-imħabba ta’ bejniethom baqgħet b’saħħitha u tikber tul dan il-vjaġġ li beda 81 sena ilu.

Il-koppja, li kellha żewġt itfal, Eileen u Bill, u issa għandhom tliet neputijiet u sitt proneputijiet, ammettiet li qatt ma kienet tobsor li kienu se jaslu biex jiċċelebraw il-81 anniversarju u qalu li jħossuhom tassew fortunati li laħqu dan it-tragward ferm importanti.

Sport