Nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu kienet okkażjoni speċjali għall-Komunità Kattolika ta’ lingwa Ingliża li tiltaqa’ għall-quddiesa kull nhar ta’ Ħadd fil-Kappella tas-Seminarju ta’ Għawdex. Erba’ koppji li ċċelebraw is-60 sena taż-żwieġ tagħhom bejn Ottubru 2025 u Ottubru 2026 fakkru dan l-avveniment b’quddiesa ta’ ringrazzjament. Mexxa l-quddiesa l-Kardinal Mario Grech, li għamel omelija b’riflessjoni sabiħa dwar iż-żwieġ Nisrani u xi jżommu magħqud f’dinja li qed tinbidel tant.

Għall-quddiesa attendew dawk li kien qed ifakkru l-Ġublew tad-Djamanti taż-Żwieġ tagħhom: Francesca u Brian Coen (26 ta’ Diċembru 1965), Veronica u John Grech (27 ta’ Awwissu 1966), Lilian u Reginald Fitzpatrick (8 ta’ Ottubru 1966), flimkien ma’ familjari u ħbieb tagħhom. Koppja oħra, Isabel u Chris Barlow (1 ta’ Ottubru 1966), li jattendu regolari meta jkun Għawdex, ma setgħux jattendu għax kienu lura f’pajjiżhom l-Iskozja.
Wara l-quddiesa kien hemm riċeviment familjari fis-Sala tas-Seminarju.

