Tuesday, May 14, 2024

Kruċiera Ġdida f’Settembru lejn Marina di Ragusa

Aqra wkoll

L-attivitajiet tal-ibburdjar tal-Malta Cruising Club matul l-2020 u l-2021 ġew imxekkla serjament minħabba l-Pandemija tal-COVID-19, madankollu wara s-suċċess tat-8 Edizzjoni tal-Falken Tires “Sette Giugno” Pozzallo Cruise f’Ġunju 2022, il-Club iddeċieda li jintroduċi l-avveniment ġdid offshore għal tmiem tal-istaġun, din id-darba għal Marina di Ragusa.

L-avveniment se jkun kruċiera estiża ta’ tmiem il-ġimgħa lejn il-Porto Turistico ta’Marina di Ragusa bejn il-Ġimgħa 23 u t-Tnejn 26 ta’ Settembru 2022.

Wara diskussjonijiet bejn il-Club u l-Porto Turistico Marina di Ragusa, li din is-sena
għandu sidien ġodda u tim maniġerjali ġdid, ġie żgurat pakkett attraenti biex jinħoloq programm pjaċevoli għall-kaptani kollha, l-ekwipaġġ u l-familji tagħhom.

Id-dgħajjes tal-membri tal-Malta Cruising Club se jkunu ospitati għat-tlett iljieli f’Marina di Ragusa, b’ikla buffet fil-miftuħ fuq il-mollijiet tal-Marina ppjanata għas-Sibt 24. Se jkun hemm ukoll mawra għall-kaptani tad-dgħajjes parteċipanti tal-faċilitajiet estensivi ta’ manutenzjoni tad-dgħajjes disponibbli f’Marina di Ragusa nhar il-Ħadd 25.

Il-bookings għal dan l-avveniment ġdid offshore ta’ tmiem l-istaġun għall-Porto Turistico Marina di Ragusa qed jiġbru l-momentum b’aktar minn 25 dgħajsa tal-qlugħ mistennija li jipparteċipaw f’din il-kruċiera aktar tard dan ix-xahar għal dak li qed jitqies bħala avveniment pjaċevoli ieħor għall-familja kollha.

Ringrazzjament speċjali jmur lil Porto Turistico Marina di Ragusa, is-sidien il-ġodda u l-maniġment tagħha talli għamlu dan l-avveniment possibbli.

Sport