Saturday, May 4, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qed jagħmel xi xogħol

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li llum għall-ħabta tas-02:00 p.m kien involut f’inċident, ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Ħwawar, l-Iklin.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti l-Ħamrun kien waqa’ madwar żewġ metri waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq ċint.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport