Monday, May 13, 2024

“Kulħadd għandu dritt jeżiġi u jippretendi li jgħix f’soċjetà ġusta” – l-Ispeaker Anġlu Farrugia

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia stqarr l-konferenza li ġġib l-isem ta’ “Ġustizzja Soċjali” li qed issir fil-Parlament, qiegħda ssir jumejn biss wara li ġie mfakkar il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali. Qal li dawk meqjusa fqar fid-dinja jgħoddu għal biljun, minn popolazzjoni ta’ sitt biljuni fid-dinja. 

“Dan ifisser li persuna minn kull sitta fid-dinja huma fqar dejjem u fqar ħafna. Ifisser ukoll li l-komunità internazzjonali fadlilha ħafna xogħol x’tagħmel biex jingħeleb il-faqar fid-dinja,” tenna l-Ispeaker. 

Dwar pajjiżna, huwa qal li rridu nitkellmu fejn ninsabu llum u x’nistgħu nagħmlu biex inkomplu ntejbu l-istat tal-qagħda soċjali f’Malta. Qal li jeħtieġ nagħrfu r-realtà tas-soċjetà tagħna biex l-awtoritajiet jaġixxu b’mod immedjat u jipproponu miżuri adegwati u li dejjem wieħed ifittex rimedji mill-aktar fis bil-għan li tkompli titjieb il-qagħda soċjali f’pajjiżna. 

“Kulħadd għandu dritt jeżiġi u jippretendi li jgħix f’soċjetà ġusta. Dan ifisser li l-qafas kostituzzjonali bħal tagħna, l-individwu u l-poplu għandu jkun imħares u b’mod mill-aktar effettiv protett mill-istat, minn kull aġir li jista’ jxekkel il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali,” żied jgħid l-Ispeaker.

Sport