“Huwa ‘fake news’ dak li intqal li jiena… “edited out” biex jiġi immanipulat il-messaġġ. Fil-post tiegħi tat-23 ta’ Diċembru 2024, ipproduċejt l-istess produzzjoni li ġiet ippublikata fil-paġna ta’ Gladiator”.
Dan iddikjarah il-Kummissarju tal-Films Johann Grech permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li neħħa ir-referenza għall-Marokk li huwa kompetitur ta’ pajjiżna.
Irrimarka li bħala Kummissarju tal-Films ta’ Malta l-interess ewlieni tiegħu huwa li jħajjar l-investiment barrani fil-films jiġi lejn Malta, u li jippromovi l-industrija tal-films ta’ Malta li tant iħobb.
Qal ukoll li qed jippublika ż-żewġ posts flimkien, ħalli l-fatti jibqgħu fatti, u l-opinjoni tkun ibbażata fuq il-verità.