Friday, November 15, 2024

Kull min jixtieq jagħti d-demm għandu jilbes il-maskra fis-sit tad-donazzjoni tad-demm

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa u fil-jum tat-Tlieta li ġej jista’ jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 7 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra.  
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 9 t’Awwissu ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti ħafna:

Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.

Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.

Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ekonomija

Sport