Wednesday, October 9, 2024

Kumpaniji tat-teknoloġija ordnati jaħbu kontenut ‘tossiku’ mit-tfal

Aqra wkoll

Studju internazzjonali ewlieni żvela li kien hemm żieda qawwija f壇ak li jsejjaħ bħala użu problematiku tal-midja soċjali fost iż-żgħażagħ mill-pandemija ‘l hawn. Ir-riċerkaturi li għamlu l-istudju waslu għal din il-konklużjoni wara li stħarrġu kważż.

L-istudju dwar l-Imġieba tas-Saħħa fit-Tfal ta’ Eta’ Skolastika (HBSC) sab, bħala medja, 11 % tar-rispondenti impenjaw ruħhom mal-midja soċjali b’mod problematiku fl-2022 – meta mqabbel ma’ 7 % fl-2018. L-Ingilterra, l-Iskozja u Wales kollha rreġistraw ċifri ogħla minn dik il-medja.

L-awturi tar-rapport jgħidu li s-sejbiet iqajmu tħassib urġenti dwar l-impatt tat-teknoloġija diġitali fuq is-saħħa mentali u l-benessri taż-żgħażagħ Ewropej.

Jgħidu wkoll li hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex tippromwovi imġieba online tajba għas-saħħa.

L-użu problematiku huwa l-aktar komuni fost iż-żgħażagħ ta’ 13-il sena – huwa l-ogħla f’dik il-fażi bikrija tal-adolexxenza u l-bniet huma aktar probabbli li jirrappurtaw użu problematiku tal-midja soċjali mis-subien, qalet il-koordinatur internazzjonali tal-istudju Dr Jo Inchley, mill- Università ta’ Glasgow.

“Matul l-istudju kollu kemm hu, sibna ftit aktar minn terz tal-adolexxenti jirrappurtaw kuntatt kontinwu onlajn mal-ħbieb u nies oħrajn. Dan ifisser kważi l-ħin kollu matul il-ġurnata li huma konnessi online ma’ ħbieb u nies oħra.

Fid-dawl ta’ dan, l-Ofcom, ir-regolatur tal-midja wissiet lis-siti tal-midja soċjali li jistgħu jissemmew u jiġu mogħtija fama ħażina jekk jonqsu milli jikkonformaw mar-regoli ġodda tas-sikurezza onlajn.

L-Ofcom ppubblika abbozz ta’ kodiċi ta’ prattika li jirrikjedu li d-ditti tat-teknoloġija jkollhom miżuri ta’ kontroll tal-età aktar robusti, u li jifformulaw mill-ġdid l-algoritmi tagħhom biex ibiegħdu lit-tfal minn dak li sejjaħ materjal tossiku.

Iżda l-ġenituri ta’ tfal li mietu wara li kienu esposti għal kontenut online ta’ ħsara ddeskrivew ir-regoli l-ġodda proposti bħala “insuffiċjenti”  u li kienu qed jimxu “b’pass ta’ bebbuxu”.

Fi stqarrijiet separati, l-kumpaniji Meta u Snapchat qalu li kellhom protezzjoni robusta għal żgħażagħ taħt it-18-il sena, u offrew għodod għall-ġenituri biex jikkontrollaw dak li jistgħu jaraw it-tfal fuq il-pjattaformi tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport