Sunday, December 22, 2024

Kurdt Busuttil se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt

Aqra wkoll

Kurdt Busuttil, is-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tat-7:40 p.m fi Triq in-Naxxar, f’Ħal Lija se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-knisja ta’ San Pietru f’Birżebbuġa nhar is-Sibt, 4 ta’ Novembru fid-9:30 a.m

Fuq talba tal-familjari ta’ Kurdt, dawk kollha li huma mistennija jattendu l-funeral, huma mħeġġa li jilbsu lbies bil-kulur abjad minflok dak iswed.

Intant mijiet ta’ persuni sellmu l-memorja ta’ Kurdt fejn fost l-oħrajn kitbu; “Għalfejn inti għid? Mhux ta’ b’xejn nistmerrhom il-muturi … kif se tfehemhom lil dawk iż-żewġt anġli li mhux se jkunu qegħdin jaraw iktar?”

Ekonomija

Sport