Sunday, December 22, 2024

Kyle Rittenhouse jgħid li l-każ tiegħu ma kellu x’jaqsam xejn ma’ razza

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ li nħeles minn akkużi ta’ qtil waqt protesti ġewwa l-istat Amerikan ta’ Wisonsin qal li l-każ tiegħu “ma kellu x’jaqsam xejn mar-razza”. Meta kien qiegħed jitkellem fuq Fox News Kyle Rittenhouse qal li huwa kellu jagħmel dak li għamel biex jiddefendi ilu nnifsu filwaqt li qal li huwa jappoġġja lill-moviment Black Lives Matter (BLM). 

Iż-żagħżugħ li għandu 18-il sena qatel żewġt irġiel u fera ieħor meta spara l-arma tan-nar tiegħu waqt instabbiltà ġewwa Kenosha fil-25 ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet. Il-każ u l-verdett ta’ Rittenhouse qajjem diskussjoni mqanqla ġewwa l-Istati Uniti hekk kif fuq naħa hemm min qiegħed iqis lil dan iż-żagħżugħ bħala partrijott filwaqt li oħrajn iqisuh bħala vigilante. Il-maġġoranza tad-diskussjonijiet li kien hemm fuq il-midja dwar il-każ ta’ Rittenhouse kienu kkonċentrati fuq r-razza u dan minkejja li kemm Rittenhouse u anke t-tlett irġiel li safaw vittma huma kollha ta’ ġilda bajda. 

Meta kien qiegħed jiġi intervistat minn Tucker Carlson fuq Fox News Rittenhouse qal li l-każ tiegħu “qatt ma kellu x’jaqsam ma’ razza”. Huwa tenna li, “jien m’iniex persuna razzista. Jiena nappoġġja lill-moviment BLM. Jien nappoġġja dimostrazzjonijiet paċifiċi. Jien nemmen li hemm bżonn tal-bidla.” Kyle tenna li huwa jemmen li l-persuni li pprovaw jagħtu n-nar lin-negozji f’dik il-lejla ta’ id-dimostrazzjonijiet f’Kenosha s-sena li għaddiet kienu “opportunisti li pprovaw jieħdu vantaġġ mill-moviment BLM.” Fid-dawl ta’ dan huwa qal li filwaqt li jappoġġja lill-moviment BLM huwa saħaq li ħadd m’għandu dritt jagħmel ħsara lill-bliet Amerikani biex ixerred il-messaġġ tiegħu.

Ekonomija

Sport