Monday, September 7, 2026
Home Sport Kylian Mbappé jemmen li din is-sena se jirbaħ il-Ballon D’Or

Kylian Mbappé jemmen li din is-sena se jirbaħ il-Ballon D’Or

0
78

Kylian Mbappé jemmen li din is-sena tista’ tkun opportunità tajba għalih biex jirbaħ il-Ballon d’Or għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. 

L-attakkant ta’ Real Madrid skorja 42 goal f’44 partita mal-club fl-istaġun li għadda, iżda Real Madrid ma rnex­xilhom jirbħu l-ebda trofew. 

Mat-team nazzjonali Franċiż, Mbappé kellu wkoll prestazzjoni impressjonanti fit-Tazza tad-Dinja, fejn skorja 10 goals u rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb. B’hekk, il-goals tiegħu fit-Tazza tad-Dinja laħqu rekord ta’ 22, għalkemm Franza spiċċat fir-raba’ post.

Mbappé qal li meta player jilgħab ma’ Real Madrid, ħafna nies jassoċjawh mal-Ballun tad-Deheb minħabba l-prestiġju tal-club. 

Huwa jemmen li għandu ċans tajjeb din is-sena, iżda jirrikonoxxi li d-deċiżjoni finali tittieħed mill-ġurnalisti li jivvutaw. Mbappé, li l-aħjar klassifikazzjoni tiegħu kienet it-tielet post fl-2023, qal ukoll li dejjem jemmen li hwau l-aqwa plejer fid-dinja.

Madankollu, Harry Kane, Lamine Yamal u Rodri jinsabu quddiemu fil-probabbiltajiet tal-imħatri. Kane kellu staġun eċċellenti ma’ Bayern Munich, fejn skorja 61 goal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here