Thursday, December 26, 2024

Kylian Mbappe se jġedded ma’ Paris St-Germain?

Aqra wkoll

Skond rapporti fil-media Franċiża, Kylian Mbappe, jinsab lest li jpoġġi madwar mejda biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Paris St-Germain. Dan ifisser aħbar ħażina għal Real Madrid minħabba li qed jittamaw li fi tmiem dan l-istaġun huma jiksbu s-servizzi tiegħu hekk kif jintemmlu l-kuntratt. 

Nhar il-Ħadd li għadda, Mbappe skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 4-1 fuq Olympique Lyon  … bil-futur tiegħu jibqa’  fiċ-ċentru ta’ kontroversja fi ħdan il-club Pariġin. 

Il-bord qed jipprova jipperswadi lil dan il-player ta’ 24 sena biex iġedded il-kuntratt tiegħu meta għad fadal ftit inqas minn 10 xhur biex isir player ħieles. Aktar minn hekk, teżisti wkoll possibbiltá li, f’Jannar li ġej, Liverpool jagħmlu offerta hekk kif se jkollhom il-fondi meħtieġa jekk l-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, imur jilgħab fil-Pro Saudi League. 

Madankollu, qed jidhru sinjali pożittivi li fil-jiem li ġejjin jistgħu jibdew it-taħdidiet neċessarji biex Mbappe jibqa’ jilgħab fil-Parc Des Princes għal dawn il-ħames snin li ġejjin. 

Il-Pariġini kienu ffirmaw lil Mbappe mingħand Monaco, fl-2017, għal somma rekord ta’ €180 miljun. 

Ekonomija

Sport