Saturday, May 4, 2024

Kylian Mbappe se jibqa’ ma’ Paris St-Germain b’salarju ta’ €275,000 kull ġurnata!

Jilħaq ftehim ma' PSG għal bonus ta’ €300 miljun u salarju ta’ €100 miljun fis-sena

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Kylian Mbappe se jibqa’ ma’ Paris St-Germain. Dan ħabbritu l-media Franċiża hekk kif il-club irnexxielu jipperswadih biex jibqa’ jilgħab fil-Parc Des Princes. 

U jidher li Mbappe se jirreċiproka tant tajjeb hekk kif se jaqla’ €300 miljun bħala bonus tal-firma tiegħu biex iġedded il-kuntratt u €100 miljun netti bħala salarju fis-sena … li jfisser €270,000 kull ġurnata!!

Għaldaqstant din is-saga tidher li se tiġi fi tmiemha fi ftit jiem oħra meta kollox kien qed jindika li destinazzjoni tiegħu kienet se tkun ma’ Real Madrid. 

Sport