Tuesday, May 14, 2024

Tittella’ fekruna mejta wara li fegat f’bużżieqa tal-helium

Aqra wkoll

Nature Trust Malta qiegħda tappella mill-ġdid lill-pubbliku biex jiġi evitat l-użu tal-bżieżaq tal-helium. Dawn jistgħu jivjaġġaw diversi metri u jkollhom impatt negattiv ħafna fuq annimali selvaġġi bħalma huma għasafar u fkieren eċċ. L-NGO ilha tmexxi kampanja kontra l-użu ta’ dan it-tiżjin għal dawn l-aħħar 10 snin.  Sfortunamatemnt eluf ta’ annimali jmutu kull sena wara li jikkunsmaw minn dan il-materjal li jispiċċa fil-baħar

Aktar kmieni llum is-Sezzjoni Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) rkuprat fekruna mejta fl-ibħra Maltin. L-ewwel sinjali juru li l-kawża tal-mewt kienet bużżieqa ta’ dan it-tip. Il-fekruna kienet fekruna loggerhead żgħira ħafna ta’ tliet snin li setgħet assumiet li l-bużżieqa kienet xi brama.

Il-fkieren loggerhead illum huma speċi fil-periklu ta’ estizjoni madwar id-dinja. L-NGO kompliet tgħid li dan ifisser li minħabba traskuraġni tal-bniedem, din il-ħlejqa daqstant żgħira ma rnexxilhiex tagħmilha sa adulta biex tkattar l-ispeċi. 

Sport