Wednesday, May 1, 2024

“L-akbar unur għalina huwa li nkunu kemm nistgħu viċin il-pubbliku u ngħinuh”

Rikonoxximent Speċjali għal Kuntistabbli li salvat tifla milli tittajjar minn karozza fir-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Is-sodisfazzjon ta’ dakinhar kien xi ħaġa li tikkumplimenta l-motiv wara il-ħidma tagħna ta’ kuljum. Niddedika dan l-unur lil dawk il-ħaddiema tal-Korp kollha li nemmen li qiegħed niġbru f’isimhom għax ta’ kuljum jwettqu dmirhom bl-aħjar mod biex jipproteġu lill-pubbliku.” Hekk qalet ma’ Talk.mt il-Kuntistabbli tal-Pulizija Charlene Delia li ġiet rikonoxxuta għall-att erojku tagħha meta aktar kmieni din is-sena salvat tifla milli tittajjar minn karozza fir-Rabat.

“It-tifla żgiċċat minn idejn ommha biex tingħaqad ma’ missierha waqt li kienet ġejja karozza lejha”

Il-Kuntistabbli Charlene Delia

Il-każ seħħ fit-13 ta’ Jannar li għadda meta l-Kuntistabbli aġixxiet b’mod spontanju biex salvat il-ħajja ta’ tifla ta’ erba’ snin. It-tifla kienet akkumpanjata minn ommha, iżda hekk kif ta’ tfal li hi bħal żgiċċat minn idejn ommha biex taqsam lejn missierha, il-Kuntistabbli Delia nnutat vettura sejra fid-direzzjoni tagħha, għamlet sinjal lis-sewwieq u ħarġet għan-nofs biex twaqqaf il-karozza.

L-omm dakinhar kienet maħsuda mmens u fl-istess waqt mistħija minħabba dak li kien għadu kemm seħħ f’temp ta’ ftit sekondi u bil-fixkla lanqas ma waqfitx biex tirringrazzjaha. Aktar tard l-omm filwaqt li qasmet l-esperjenza tagħha fuq il-midja soċjali talbet li tingħata għajnuna biex tkun taf l-isem tal-Kuntistabbli biex tirringrazzjaha kif jixraq għall-intervent tagħha. Hija kienet determinata li ssib min kien salvalha lit-tifla u b’hekk ikkuntattjat ukoll lill-komunikat tal-Pulizija sakemm waslet biex tiskopri dwar il-Kuntistabbli Charlene Delia.

1 kumment

  1. A big well done to you Charlene and keep on doing your duty towards the Maltese citizens the best way you can.

Comments are closed.

Sport