Friday, November 27, 2026
Home Sport L-allegazzjonijiet li r-referee Sirjan, Hanna Hattab, kien fis-sakra deskritti bħala infondati

L-allegazzjonijiet li r-referee Sirjan, Hanna Hattab, kien fis-sakra deskritti bħala infondati

0
43

L-allegazzjonijiet li r-referee Sirjan Hanna Hattab kien fis-sakra waqt partita tal-AFC Champions League Two ġew deskritti bħala “kompletament infondati”, hekk kif l-uffiċjali u r-referee ċaħdu l-akkużi u indikaw li jistgħu jittieħdu passi legali.

Hattab ġie sostitwit fil-mistrieħ tal-partita bejn Al Jazira tal-Emirati Għarab Magħquda u Gol Gohar tal-Iran, wara kontroversja dwar id-deċiżjonijiet tiegħu fl-ewwel taqsima.

L-allegazzjonijiet qamu wara deċiżjonijiet kontroversjali, bil-persuni marbuta ma’ Gol Gohar jiddubitaw il-kundizzjoni tar-referee. Hattab ċaħad l-akkużi u qal li kien qed jiġi malafamat.

Il-kontroversja kompliet wara deċiżjoni konfuża li involviet lill-goalkeeper ta’ Al Jazira, Ersin Destanoġlu, li ngħata karta safra wara inċident bejn żewġ players f’nofs il-ground. Id-deċiżjoni tneħħiet aktar tard, filwaqt li r-raba’ uffiċjal ħa post Hattab fit-tieni taqsima. Al Jazira eventwalment rebħu 1-0.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Sirjana appoġġjat lil Hattab u qalet li l-allegazzjonijiet li kienu qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali kienu “kompletament infondati”, filwaqt li ħabbret li se tinvestiga l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here