Saturday, December 28, 2024

L-Arċisqof isostni li mhux bilfors trid tkun perfett biex ikollok dritt tgħix u tkun prezzjuż

Tirritorna l-Festa ta' Ġenerożità b'risq id-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija COVID-19, irritornat il-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Il-maratona televiżiva bdiet b’quddiesa ċċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar u se tibqa’ sejra sa nofsillejl. Fil-bidu tal-quddiesa, li għaliha attendew il-President ta’ Malta, Dott. George Vella u s-Sinjura Vella, saret il-priedka tradizzjonali tal-Milied minn tifel u tifla.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof qal li fil-bidu ta’ sena ġdida nitolbu lill-Mulej iberikna, iħarisna u jagħtina l-paċi. Paċi li ma tistax tinxtara online jew mill-ħwienet. Għandna napprezzaw u ngħożżu dak kollu li huwa tajjeb fil-familji tagħna, fl-NGOs li għandna u fil-poplu tagħna. Għandna ngħożżu wkoll il-ħajja mill-bidu tagħha kif tiġi għax biex ikollok dritt tgħix mhux bilfors li tkun perfett biex tkun prezzjuż. L-Arċisqof Scicluna faħħar il-qalb ġeneruża tal-Maltin kif urew ftit jiem ilu fl-Istrina imma ħeġġeġ ukoll biex din l-istess ġenerożità u solidarjetà tintwera wkoll fil-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza.

Ekonomija

Sport