Saturday, December 21, 2024

L-Assoċjazjoni Maltija għall-iżvillup tal-komunita’ tiċċelebra sentejn mit-twaqqif tagħha

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tagħhom ser jorganizzaw webinar fuq ir-rabta bejn l-iżvilup tal-komunità u l-edukazzjoni

L-Assoċjazjoni Matija għal-iżvillup tal-komunità (Maltese Association for Community Development – MACD) ser tkun qed tiċċelebra t-tieni anniversarju mit-twaqqif tagħha. Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni  ta’ dan it-tieni anniversarju, l-MACD ser torganizza webinar dwar ir-rabta bejn l-iżvilup tal-komunità u l-edukazzjoni. Dan il-webinar bl-isem, Meta l-edukazzjoni taqdi lill-komunità: Riflessjonijiet  awtobiografiċi, ser ikun mwassal minn Prof. Carmel Borg. Din l-attività se ssir nhar it-Tlieta 25 ta’  Jannar 2022 fis-6pm, f’kollaborazzjoni mal-Fakultà tal-Benesseri Soċjali kif ukoll mil-Fakultà tal-Edukazzjoni. Kullħadd jista’ jattendi għal din l-attivita’ bla ħlas. 

Il-Professur Carmel Borg hu Associate Professor fid-Dipartiment tal-istudji Edukattivi li jgħamel parti  mill-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta. Huwa kien Kap tad-Dipartment kif ukoll Dekan ta’  l-istess fakultà. Hu lettur fis-suġġetti tas-soċjoloġija tal-edukazzjoni, teorija tal-curriculum, żvilupp u  disinn tal-edukazzjoni, pedagoġija kritika, edukazzjoni għall-adulti fl-iżvilupp tal-komunità u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Huwa awtur, ko-awtur kif ukoll editur ta’ diversi kotba,  pubblikazzonijiet f’ġurnali akkademiċi u kapitli f’kotba dwar ir-relazzjoni bejn l-edukazzjoni, id demokrazija u l-ġustizzja soċjali. Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, huwa interpretà diversi temi kritiċi  dwar kwistjonijiet ta’ pedagoġija għal-pubbliku Malti permezz tal-mezzi tax-xandir tradizzjonali u dawk  iktar moderni. Għal sitt snin, il-Prof. Borg kien l-espert estern għall-Aġenzija tal-Edukazzjoni tal Kummissjoni Ewropeja. Xogħolu kien jinvolvi li jagħti pariri dwar diversi temi fostom l-edukazzjoni  obligatorja, dik għall-adulti, tkomplija tal-edukazzjoni u l-edukazzjali għola. Bħalissa hu jokkupa l kariga ta’ partner u koordinator f’numru ta’ proġetti fuq livell Ewropew kif ukoll f’consortia ta’ riċerka f’suġetti bħal djalogu interkulturali f’kuntesti burokratiċi ma’ universitajiet li joffru tgħalim tul il-ħajja.  Prof. Borg huwa wkoll involut f’numru ta’ proġetti ta’ żvilipp tal-komunità li jiffokaw fuq litteriżmu  kritiku u ċittadinanza attiva fost oħrajn. Huwa wkoll membru ta’ bord editorjali u huwa l-editur  fundatur tal-ġurnal akkademiku Malti dwar ir- riċerka fl-edukazzjoni, li dan l-aħħar sar magħruf bħala  il-Malta Review of Education Research (UM, 2021). 

Min jixtieq jattendi din it-taħdita għandu jirreġistra online billi jibgħat email fuq l-indirizz [email protected] jew tikkuntattjaw l-MACD fuq il-paġna ta’ Facebook MACD – The Maltese  Association for Community Development. 

Ekonomija

Sport