Wednesday, March 27, 2024

L-attakkanti ta’ Fiorentina fi kriżi?

Aqra wkoll

Bosta kritiċi tal-football Taljan tkellmu dwar Fiorentina u l-kriżi li qed jaffaċċjaw bl-attakkanti tagħhom.

Wara li l-Viola ċedew lil Dusan Vlahovic ma’ Juventus, il-coach Vincenzo Italiano qed isib problema kbira sabiex jilgħab bl-aħjar attakkant. 
Minkejja kollox, kemm Luka Jovic kif ukoll Arthur Cabral mhux qed jaqdu d-dmir tagħhom bl-aħjar mod possibbli u dan deher sew fl-aħħar konfront li l-Viola kellhom kontra Istanbul Basaksehir li spiċċa b’telfa ta’ 3-0 barra minn darhom.

Oħrajn qed jgħidu li Fiorentina jridu jħarsu lejn attakkant ieħor fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Ekonomija

Sport