Tuesday, April 16, 2024

ARA: Jixxabbat ma’ skyscraper ta’ 48 sular f’għeluq is-60 sena u jispiċċa arrestat fil-quċċata

Aqra wkoll

Xabbatur magħruf bħala “Spider-Man” ta’ Franza iċċelebra għeluq is-60 sena tiegħu billi tela’ skyscraper ta’ 48 sular f’Pariġi mingħajr ebda tagħmir ta’ sigurtà.

Alain Robert tela’ t-Tour TotalEnergies fid-distrett tan-negozju tad-Défense mingħajr l-ebda ħbula jew harness.

“Irrid nibgħat lin-nies il-messaġġ li li jkollok 60 sena mhu xejn. Inti xorta tista tagħmel l-isport, tkun attiva, tagħmel affarijiet kbar”, qal Robert lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

Skont rapporti jidher li r-raġel kien arrestat malli laħaq il-quċċata

Skont is-sit tal-aħbarijiet Defense 92, din ma kinitx l-ewwel darba li Robert tela’ t-Tour TotalEnergies. Minkejja li kien għamel dan diversi drabi, jidher li din id-darba, ħa biss 60 minuta biex laħaq il-quċċata.

“Wegħedt lili nnifsi bosta snin ilu li jekk nasal nagħlaq is-60, nerġa’ nitla’ dak it-torri għax is-60 jissimbolizzaw l-età tal-irtirar fi Franza u ħsibt li kienet opportunità tajba biex nagħmel dan,” qal Robert.

Is-Sur Robert huwa magħruf għat-tixbit ma’ bini għoli mad-dinja kollha. L-avventuri tiegħu jinkludu fost l-oħrajn li jilħaq il-quċċata tal-Burj Khalifa ta’ Dubai – l-ogħla bini fid-dinja.

Normalment huwa jagħmel dawn l-istunts mingħajr avviż jew permess minn qabel u għalhekk ġie arrestat diversi drabi.

Ekonomija

Sport