Tuesday, May 14, 2024

L-Avukat ta’ Abner Aquilina jallega li kien hemm pressjoni biex huwa jitneħħa minn Monte Karmeli 

… tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Abner Aquilina

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni ta’ Abner Aquilina, li jinsab akkużat li fit-2 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet stupra u qatel Pollakka f’Tas-Sliema, l-avukat ta’ Aquilina allega fil-Qorti li l-akkużat tneħħa mill-Isptar Monte Karmeli minħabba dik li sejħilha “pressjoni.”

L-avukat qal; “Idejjaqni meta ssir pressjoni skont kummenti u likes fuq Facebook. Jien ngħid dan b’responsabbiltà. Kien hemm pressjoni għax is-soċjetà taħseb li jekk jintbagħat Monte Karmeli, Abner jaħrab mill-piena… Kien hemm pressjoni biex jitneħħa fil-Forensic Unit bl-iskuża li ż-żewġ postijiet huma l-istess…imma mhumiex”. 

Waqt s-seduta preċedenti, il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli Stephanie Xuereb li spjegat li ttieħdet deċiżjoni li Abner Aquilina jitneħħa milli jieħu l-kura mill-Isptar Monte Karmeli minħabba li hedded infermier u minħabba li kien ta’ periklu għal pazjenti oħra. 

L-avukat ta’ Aquilina qal li l-akkużat m’għandux jinħeles jew jingħata privileġġi speċjali, iżda qal li kellu bżonn il-kura u ma kienx lest għat-trasferiment barra mill-isptar Monte Karmeli. 

Il-Prosekuzzjoni qegħda titmexxa mill-Ispettur Wayne Camilleri, filwaqt li l-avukat Nicholas Mifsud deher ukoll għall-imputat.

Sport