Thursday, April 18, 2024

L-Awstralja mistennija jkollha l-anqas każi ta’ Covid-19 fi żmien tliet xhur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każi ta’ Covid-19 fi tliet xhur wara li fl-aħħar sigħat irrapportat biss 18-il każ ġdid.

Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ ġdid; 7 każi anqas mill-ġurnata ta’ qabel. 

New South Wales u Queensland irreġistraw biss żewġ każi kull wieħed. L-istati l-oħrajn għandhom iridu jirreġistraw il-każi iżda rari jkollhom każi ġodda. Dawn il-każi ilhom ma jkunu baxxi hekk sa mit-23 ta’ Ġunju.

Il-Premier ta’ Victoria Daniel Andrews qal li dawn il-figuri qed jagħtu kuraġġ lill-istat li jmexxi u lill-Awstraljani kollha. Victoria li kellha 75% tal-każi fil-pajjiż kollu u 90% tal-imwiet.

Ekonomija

Sport