Tuesday, December 24, 2024

L-Awstralja tagħti indikazzjoni li se tirrikonoxxi l-Palestina bħala stat

Aqra wkoll

Matul ix-xahar li għadda l-mexxejja ta’ pajjiżna, ta’ Spanja, tal-Irlanda u tas-Slovenja qablu li jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat, meta l-kundizzjonijiet jippermettu dan. Dawn il-pajjiżi qed jiżdiedu, tant li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Awstralja ssuġġerixxiet li l-pajjiż jista’ jirrikonoxxi l-istat Palestinjan.

Il-Ministru Penny Wong enfasizzat fuq l-importanza ta’ pajjiżha li jkollha fehmiet smili għall-pajjiżi oħra. Hija sostniet li madanakollu, il-Hamas ma jista’ jkollu l-ebda rwol fil-governanza tiegħu. Kemm l-Oppożizzjoni tal-Awstralja kif ukoll federazzjoni oħra fil-pajjiż qiesu dan il-pass bħala deċiżjoni kmieni wisq.

Il-Ministru Wong mhijiex l-unika waħda li qalet dan id-diskors. Aktar kmieni din is-sena, is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit David Cameron kien qal li r-Renju Unit ukoll jista’ jirrikonoxxi l-istat Palestinjan mingħajr l-appoġġ ta’ Iżrael.

Fl-aħħar xhur, il-Gvern Awstraljan esprima aktar tħassib dwar il-gwerra kontra l-Hamas f’Gaza. Dan inkluż wara li ħaddiem tal-għajnuna Awstraljan inqatel flimkien ma’ sitta oħra f’attakk mill-ajru Iżraeljan.

Ekonomija

Sport