Monday, December 23, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar twaqqaf bini ‘l barra miż-żoni ta’ żvilupp

Aqra wkoll

Għadd ta’ binjiet illegali madwar Malta u Għawdex li kienu qed isiru ‘l barra minn żoni ta’ żvilupp fil-jiem li għaddew twaqqaf ix-xogħol fuqhom fuq ordni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan sar wara intervent mill-ispetturi tal-Awtorità tal-Ippjanar li wassal biex jitneħħew il-binjiet illegali.

F’Malta, erba’ siti li mhumiex f’żoni ta’ żvilupp fir-Rabat, Ħaż-Żabbar u San Pawl kienu qed jintużaw biex fihom jintremew illegalment vetturi skrappjati, kontejners, skart tal-kostruzzjoni u wkoll ipparkjar mingħajr permess ta’ trakkijiet u  dgħajjes ġew magħluqin u nġiebu lura għall-istat oriġinali li kienu qabel.

Minbarra dan numru ta’ sidien ta’ strutturi u kmamar li kienu qed jinbnew mingħajr il-permessi meħtieġa fuq art li tista tinħadem kienu mġegħla jwaqqgħu l-binjiet u b’hekk dawn is-siti issa qed jintużaw għal skop agrikolu.

Fit-tnax-il xahar tas-sena 2020, id-Direttorat tal-Compliance u l-Infurzar irċieva madwar 3,313 ilment minn sorsi varji dwar bini u żvilupp li kien qed isir u li 55% minnhom irriżultaw illegali. Tant li dwar dan id-Direttorat ħa passi ta’ infurzar f’mhux inqas minn 145 każ filwaqt li għall-kumplment kienu s-sidien innifishom li żarmaw l-illegalitajiet qabel ma  jittieħdu passi legali kontrihom.

Ekonomija

Sport