Sunday, December 22, 2024

L-Ażerbajġan jakkuża lill-Armenja b’attakki missilistiċi ’l barra miż-żona ta’ kunflitt

Aqra wkoll

Hekk kif kompla l-ġlied dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh, l-Ażerbajġan akkuża lill-Armenja li qed jattakka bliet li jinsabu ferm ’il barra miz-zona tal-kunflitt.

Hikmet Hajiyev, konsulent għall-President tal-Ażerbajġan Ilkham Aliyev, ilbieraħ qal li l-Armenja wettqet attakki missilistiċi fuq il-bliet ta’ Ganja u Mingachevir.

Ganja, li hija t-tieni l-akbar belt fl-Ażerbajġan, tinsab madwar 100 kilometru ’l bogħod minn Stepanakert, il-kapitali tar-reġjun Nagorno-Karabakh. L-istess ħaġa jingħad għal Mingachevir.

Il-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan dwar ir-reġjun bdew fis-27 ta’ Settembru li għadda, b’għexieren rapportati li mietu fil-ġlied.

Hajiyev qal li fl-attakki ma saritx ħsara serja fl-infrastruttura ta’ Mingachevir. Madankollu tenna li kien hemm persuni ċivili li ndarbu f’dawn l-attakki.

Huwa kkonferma wkoll li l-qawwiet Armeni wettqu wkoll attakki missilistċi fuq ir-reġjuni ta’ Khizi u Absheron fl-Ażerbajġan.

Ekonomija

Sport