Saturday, May 18, 2024

L-ebda provvediment kontra Olympique Marseille

Aqra wkoll

Il-kummissjoni tad-dixxiplina fi ħdan il-Ligue 1 iddeċidiet li ma tiħux passi kontra Olympique Marseille wara l-inċidenti li seħħew qabel il-konfront kontra Olympique Lyon ftit tal-jiem ilu. Fil-verita’ din il-partita qatt ma ntlagħbet minħabba li l-kowċ fejn kienu qegħdin il-plejers ta’ Lyon ġiet issuttata b’oġġetti iebsin minn partitarji ta’ Marseille barra l-grawnd. F’dawn il-ġlied weġġa’ l-kowċ Fabio Grosso.

Lyon fi stqarrija qalet li tilqa’ b’dispjaċir kbir din l-aħbar u qalet li ma jistgħux jifhmu kif ma ttieħed l-ebda provvediment.

Sadanittant, ġie deċiż li l-logħba bejn dawn iż-żewġ naħat tintlagħab fis-6 ta’ Diċembru fi Stade Velodrome bil-bibien miftuħa.

Sport