Saturday, May 4, 2024

Mbappe, Salah u Mourinho lejn l-Arabja Sawdija?

Aqra wkoll

Wara suq tat-trasferimenti tas-sajf ferm intensiv fl-Arabja Sawdija fejn diversi plejers ta’ isem marru jilagħbu hemm, il-klabbs ta’ dan il-pajjiż mhux se jibqgħu bi kwiethom qabel iġibu aktar ismijiet prestiġġjużi lejn is-Saudi Pro League.

Diversi gazzetti Ingliżi qed jgħidu li diversi timijiet qed iduru lejn l-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St Germain Kylian Mbappe u l-midfielder offensiv ta’ Liverpool Mohamed Salah. Barra minn hekk diversi timijiet li ma ssemmewx b’isimhom se jippruvaw ukoll li jġibu magħhom lill-kowċ Jose Mourinho.

Is-Saudi Pro League kompla jiżviluppa dejjem aktar u l-attenzjoni tad-dilettanti tal-futbol issa daret f’dan il-pajjiż.

Sport