Saturday, July 20, 2024

L-eks First Lady Franċiża Carla Bruni akkużata b’korruzzjoni

Aqra wkoll

L-eks First Lady Franċiża Carla Bruni ġie akkużata b’korruzzjoni wara inkjesta li saret dwar kif żewġha Nicolas Sarkozy allegatament irċieva fondi mil-Libja biex jiffinanzja l-kampanja elettorali tiegħu.

Carla Bruni li żmien ilu kienet magħrufa bħala waħda mill-aqwa mudelli fid-dinja tista’ tispiċċa l-ħabs jekk hi tinsba ħajta tal-akkużi kontriha. Skont investigazzjonijiet li saru allegatament Bruni għamlet pressjoni fuq żewġha biex jaċċetta miljuni kbar ta’ flus mingħand Muammar Gaddafi biex ikun jista’ jħallas il-kampanja tiegħu.

Nhar it-Tlieta filgħaxija l-investigaturi komplew jitkellmu ma’ Bruni fejn jidher li anke informawha li se tkun qiegħda taffaċja akkużi ta’ frodi f’organizzazzjoni kriminali fost oħrajn.

Minħabba l-gravità tal-akkużi l-eks mudella tista’ teħel sa 10 snin ħabs.

Hija qiegħda tiġi akkużata li kienet parti integrali fil-kampanja “Operation Save Sarko” liema kampanja rċiviet madwar 5 miljun ewro. S’issa Bruni tpoġġiet taħt supreviżjoni ġudizjarja u anke ma tistax titkellem mal-persuni nvoluti fil-każ apparti żewġha.

Minkejja li l-midja pprovat tieħu l-kummenti ta’ Bruni, kelliem għall-koppja qal li hi ma hi se tgħid xejn dwar il-każ ħlief li qiegħda tikkopera bis-sħiħ mal-investigaturi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport