Wednesday, July 24, 2024

35 persuna tabib jiggradwaw mill-kampus f’Għawdex ta’ Queen Mary University of London

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ 35 persuna fil-Mediċina u l-Kirurġija mill-kampus f’Għawdex ta’ Queen Mary University of London, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-investiment fis-settur tas-saħħa, partikolarment f’Għawdex, għandu jkabbar il-potenzjal ta’ din l-università rinomata b’kampus f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru rrimarka għall-masterplan għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u qal li fih hemm pjanat li jinbena ċentru tal-anatomija u ċentru ġdid għar-riċerka, li mhux biss dawn l-investimenti jgħinu għal servizz tas-saħħa ta’ kwalità f’Għawdex iżda wkoll biex din l-università tkompli tagħti esperjenza b’saħħitha lill-istudenti.

Fiċ-ċerimonja li saret fiċ-Ċittadella, il-Prim Ministru Robert Abela mhux biss assista għall-gradwazzjoni tal-istudenti iżda f’indirizz li għamel, fisser il-Queen Mary University of London bħala eżempju sabiħ ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni li għandha kampus fil-qalba ta’ Għawdex.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-istorja ta’ din l-università f’Għawdex hi waħda ta’ suċċess li ntlaqa’ anki mill-imsieħba soċjali f’Għawdex u l-komunità Għawdxija.

Dr Abela temm jawgura lil gradwati l-ġodda u qal li s-suċċess tagħhom għandu jirrifletti f’aktar ġid għall- komunità.

Fil-kampus ta’ din l-università f’Għawdex hemm mat-23 Malti jaħdmu, fosthom akkademiċi u jattendu mal-280 student ġejjin minn 52 nazzjon.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport