L-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet illum l-Erbgħa.
Il-ġimgħa li għaddiet, wara l-verdett tal-ġuri fil-każ ta’ Yorgen Fenech, Dr Muscat kien qal li fi ħsiebu li jitkellem u jneħħi “ż-żrar” li għandu fiż-żarbun u li ilu jissaporti għal dawn l-aħħar sitt snin b’rispett sħiħ lejn l-istituzzjonijiet.
Qal li se jagħmel dan filwaqt li jilqa’ l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

