“Kull rakkomandazzjoni li nagħti jew deċiżjoni dejjem se tkun għall-ġid tal-annimali” 

- Elliot Magro - Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

Aqra wkoll

Fil-ġimgħat li għaddew, l-Ispettur Elliot Magro inħatar Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-Kummissarju għandu l-għan li jippromwovi u jħares il-benesseri tal-annimali, kif ukoll jissalvagwardja d-drittijiet u l-protezzjoni tal-annimali f’Malta u Għawdex. Il-ħatra tiegħu daħlet fis-seħħ mill-20 ta’ Lulju 2026.

Is-Sur Magro kien ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija għal aktar minn 21 sena, fejn tul dawn l-aħħar 11-il sena serva bħala Spettur tal-Pulizija. Tul il-karriera tiegħu mexxa investigazzjonijiet, ipprosekwixxa mijiet ta’ kawżi quddiem il-Qrati u okkupa diversi karigi ta’ tmexxija. Għal dawn l-aħħar snin kien responsabbli mit-Taqsima tal-Protezzjoni tal-Ambjent (Environment Protection Unit), fejn mexxa l-infurzar relatat ma’ reati ambjentali u każijiet ta’ moħqrija u trattament ħażin tal-annimali. Huwa għandu grad bl-Unuri fil-Kriminoloġija, Diploma fil-Policing, diversi ċertifikazzjonijiet internazzjonali relatati mal-infurzar ta’ reati ambjentali u bħalissa qed isegwi Master’s fil-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta.

L-impenn tiegħu favur il-ħarsien tal-annimali kien rikonoxxut ukoll fl-2022 waqt l-Animal Honours Awards organizzati fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Annimali, meta ngħata l-Premju Speċjali tal-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali bħala rikonoxximent għad-dedikazzjoni tiegħu fl-infurzar tal-liġijiet relatati mal-moħqrija u t-trattament ħażin tal-annimali.

Dan il-ġurnal tkellem ma’ Elliot Magro nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward diversi temi li jolqtu b’mod dirett il-ħarsien u t-trattament xieraq tal-annimali. 

Kifbdietl-imħabba tiegħeklejnl-annimali?

Minn dejjem kienu f’qalbi l-annimali, minn meta kont tifel però żdiedet dawn l-aħħar snin wara li bdejt nesperjenza u ninvestiga każijiet ta’ moħqrija dejjem ngħid “Kif jista’ bniedem jagħmel hekk lill- annimal?”. U dawn il-każijiet aktar saħħewni u inkoraġġewni sabiex niġġieled għad-drittijiet tal-annimali u kif dejjem jingħad, għandna nkunu l-vuċi ta’ min m’għandux.

Ħammurmal-ewwelgħall-punt.Kifqedtħareslejnir-rwolġdidtiegħekbħalaKummissarjugħat-Trattament Xieraq tal-Annimali?

Unur illi ġejt fdat dan ir-rwol. Kull rakkomandazzjoni li nagħti jew deċiżjoni dejjem se tkun għall-ġid tal-annimali. Għandi ħafna pjanijiet kemm għal rakkomandazzjonijiet kif ukoll għall-miżuri li jistgħu jiġu kkunsidrati favur l-annimali. Minn meta sirt naf li ġejt fdat dan ir-rwol bdejt naħdem sabiex nara fejn hemm nuqqasijiet li jridu jitranġaw, fejn hemm it-tajjeb ħalli ntejbuh u dak li ma jeżistix, nintroduċuh.

Kemmhuimportantiliwieħedjadottaumhuxjixtri annimal?

Meta persuna tadotta tkun qed tagħmel att illi ser tibqa’ tgħożż għal għomorha għaliex apparti li tkun sabet imħabba oħra f’dak l-annimal, dan l-annimal aktarx jaf ikun ġie salvat minn ħajja maqful. U fiċ-ċentri li

fih jistgħu jiġu adottati l-annimali hemm diversi annimali li persuna żgur ser issib dak illi qed tfittex.

Ux’taħsebfuqil-fattliwieħedjixtripetsbħalarigaligħalokkażjonijietspeċjalibħall-birthdaysjew Milied?

Importanti li jsir homework qabel jinxtara kelb u l-persuna li ser iżżomm l-annimal trid tkun responsabbli għall-kumplament tal-ħajja tal-annimal u mhux għal ftit żmien biss. Il-persuni jew volontiera li jaħdmu fiċ-ċentri li fih jinżammu l-annimali qegħdin hemmhekk ukoll sabiex jagħtu parir fuq liema annimal jew razza għandu jinxtara / jiġi adotatt u dan sabiex jiġi żgurat ambjent xieraq għall-annimal. Mhux kull razza għandha bżonn l-istess attenzjoni allura huwa tajjeb li wieħed jikkunsidra kollox qabel jixtri jew jadotta

bħal pereżempju l-post / abitazzjoni li ser jgħix fih, kemm hemm ħin disponibblil għall-annimal eċċ.

Xitgħidilna fuq il-fatt liannimalibħall-kliebjiġu ċċippjati?

Apparti illi hija rikjesta legali, f’każ ta’ annimali mitlufa dan jista’ jiġi ritornat lis-sid. Apparti microchip għandu jkun hemm it-tag bin-numru tas-sid sabiex jista’ anke persuna jagħmel kuntatt ma’ sid-l-annimal f’kaz illi dan jinstab u hemmhekk jiġi mnaqqas il-ħin tal-annimal ‘il bogħod minn sidu.

Matulis-sajfnarawżwiemeltal-karozzinijaffrontawsħanatqawwija.Nafli diġàbdewjittieħduximiżuri rigward dan, iżda taħseb li fadal xi jsir?

Qatt ma jista’ jsir biżżejjed f’każijiet fejn tidħol saħħa tal-annimali. Għandi pjanijiet sabiex isiru rakkomandazzjonijiet fil-futur u d-decizjonijiet jittieħdu abbażi ta’ riċerka xjentifika / veterinarja. Ta’ min isemmi illi qabel is-sena 2019 ma kienx hemm regolamenti li jirregolaw dan is-settur u ser inkompli nirrakkommanda tibdil neċessarju.

X’tikkummentafuql-isptaruambulanza tal-annimali?

Importanti li jkun hawn servizz fejn l-annimali jittieħdu mmedjatament għall-kura u jingħataw l-aħjar kura possibbli f’kull ħin. Allura ma nistax ma nkunx pożittiv fuq l-aħbar illi ser jerġa’ jinfetaħ sptar għall- annimali. Rigward l-ambulanza nemmen illi dejjem hemm fejn isir titjib però naħseb illi sar progress kbir fl-aħħar snin.

Fir-rigward ta’multiusanzjonijietmarbutama’minjaħqarl-annimali,naflikienhemmżviluppi,però anke f’dan ir-rigward taħseb li fadal xi jsir?

Qatt mhu biżżejjed fejn jidħlu pieni iżda nemmen illi l-pieni qegħdin hemmhekk, fil-liġi jiġifieri. Fl-aħħar mill-aħħar huwa f’idejn il-ġudikant x’piena jagħti. Iżda naħseb illi wkoll fl-aħħar snin il-Qrati saru jagħtu importanza kbira lejn dawn il-każijiet u dan huwa rifless fil-pieni li ngħataw.

Għaddimessaġġfinalifuql-importanzatal-annimalif’ħajjetil-bniedemuankebiexwieħediħaresl-annimali.

Riċentement sirt naf persuna illi tilfet il-kelb tagħha u hemmhekk tirrealizza kemm ir-rabta bejn il-kelb, jew kwalunkwe annimal hija kbira u profonda. U allura nikkonferma kemm huma importanti l-annimali għall- bniedem. Hemm barra hemm il-maġġoranza tan-nies illi jħobbu l-annimali u jaħdmu għall-ħarsien tal-istess annimali. Sfortunatament hemm min bl-għemil tiegħu jaħqar jew jittraskura l-annimali u kif bdejt fil-bidu, kulħadd għandu jkun vuċi għall-annimal u jekk xi ħadd jara persuna jew persuni jonqsu, għandu jirrapporta dan immedjatament.

Min-naħa tiegħi personali, jiena ser inkun qed nisma’ dak kollu li l-pubbliku jrid iwassalli u f’każijiet fejn nara li hemm bżonn tittieħed azzjoni li nista’ nieħu jiena u l-Uffiċċju tiegħi, ser neħodha!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport