Sunday, December 22, 2024

L-eks PM Tajlandiż mistenni joħroġ mill-ħabs fuq parole

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Taljandiż Thaksin Shinawatra, li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija, se joħroġ mill-ħabs fuq parole.

Thaksin, ta’ 74 sena, kien ikkundannat tmien snin ħabs fuq abbuż ta’ poter iżda maħfra rjali naqqsitlu l-piena għal sena ħabs.

Il-Prim Ministru Taljandiż Srettha Thavasin qal lill-ġurnalisti li din id-deċiżjoni hija waħda uffiċjali. “Ladarba jinħeles, Shinawatra se jkun ċittadin normali. Dak li seħħ fil-passat, huwa passat.”

Thaksin irritorna fit-Tajlandja f’Awwissu li għadda wara li ġie eżiljat għal aktar minn 14-il sena u ttieħed minnufih il-Qorti fejn kien ikkundannat tmien snin ħabs fuq abbuż ta’ poter.

Wara lejl wieħed fil-ħabs, Thaksin kien trasferit fi sptar minħabba pressjoni għolja fid-demm. Ftit wara, ir-Re tah maħfra rjal, bil-piena tonqoslu għal sena ħabs.

Il-midja Taljandiża kkwotat dak li qal il-Ministru tal-Ġstizzja Tawee Sodsong, illi Thaksin kien fost 930 priġunier li ngħataw il-parole matul il-jum tat-Tlieta – fil-każ tiegħu għal raġunijiet ta’ saħħa u età – u li kien mistenni jinħeles wara s-17 ta’ Frar. 

Ekonomija

Sport