Wednesday, July 24, 2024

Mhux ħati li abbuża minn omm ta’ 17-il sena, iżda ħati li xerred porn tat-tfal

Aqra wkoll

Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġie kkundannat 14-il xahar ħabs flok 4 snin wara li l-Qorti tal-Appell biddlet parti mis-sentenza li kien ingħata mill-Ewwel Qorti.

Kien fis-16 ta’ Jannar tal-2015 meta r-raġel kien twaqqaf mill-Pulizija li kienu fuq rodna f’Baħar iċ-Ċagħaq wara li l-uffiċjali nnutaw li miegħu kien hemm tfajla taħt l-eta. Huma nnutaw li kien hemm differenza kbira fl-eta ta’ bejnithom. Skont dak li ġie ppreżentat fil-Qorti, dakinhar ir-raġel kien għadda lit-tfajla li kellu miegħu diversi DVDs li fihom kien hemm pornografija ta’ persuni minuri. Dwar din l-akkuża hu nstab ħati.

Iżda l-akkużat ma nstabx ħati li dakinhar li waqfuh il-pulizija kien ipparteċipa f’attivita sesswali mat-tfajla li kellu miegħu fil-karozza. Ir-raġel u t-tfajla għandhom żewġt itfal. Il-Qorti qalet li l-aġir tal-akkużat dakinhar ma jistax jitqies bħala illegali għax l-ettal-kunsens tnaqqset għal 16-il sena. L-akkużat dejjem sostna li r-relazzjoni bejnu u t-tfajla kienet waħda konsenswali u anke aċċettata mill-familji tagħhom.

L-akkużat minbarra li kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa ġie ordnat iħallas €1,800 fi spejjeż tal-Qorti u nħarġet ordni ta’ protezzjoni għal sentejn fil-konfront t’omm it-tfajla.

Ekonomija

Sport