Wednesday, July 24, 2024

Temp ftit imsaħħab għal Jum San Valentinu

Aqra wkoll

Għada, l-aktar id-dinja tal-Punent tfakkar Jum il-Maħbubin. Għal ħafna hija ġurnata ta’ xogħol normali, iżda filgħaxija ħafna jħobbu jmorru xi ikla romantika jew xi post ieħor biex jiċċelebbraw l-imħabba.

Għal dawk kollha li ħadu ġurnata leave biex jiċċelebbraw Jum San Valentinu minn filgħodu t-temp se jkun ftit imħsabba b’riħ forza 4 mill-Majjistrall. L-ogħla temperatura tkun tmiss 17°C filwaqt li l-inqas tkun 10°C.

Dejjem skont Gordon Grech l-amministratur tal-paġna tat-tbassir tat-temp – L-Aġġornament tat-Temp il-bqija tal-ġimgħa ma hemm l-ebda sinjal ta’ xita. Fil-fatt il-Ħamis it-temp se jkun ftit imħsabba wkoll b’riħ forza 4 mill-Punent Majjistru.

Għal tmiem il-ġimgħa t-tmep se jibqa’ ftit imsaħħab bir-riħ ikun dejjem forza 4 li jibda mil-Lbiċ il-Ġimgħa u sal-Ħadd idur Majjistral.

Ekonomija

Sport