Wednesday, July 24, 2024

Biden iħeġġeġ lill-Iżrael biex tipproteġi liċ-ċittadini f’Rafah

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden qal li offensiva Iżraeljana f’Rafah “m’għandhiex isseħħ mingħajr pjan kredibbli biex tiġi żgurata s-sigurtà” ta’ aktar minn miljun Palestinjan li qed jistkennu hemmhekk.

Huwa qal li ħafna nies spostati f’din il-belt li tinsab fin-Nofsinhar ta’ Gaża kienu “esposti u vulnerabbli” u għandhom bżonn ikunu protetti.

Mal-midja internazzjonali, tabib Palestinjan f’Rafah qal li n-nies f’din il-belt kienu qegħdin jgħixu fil-biża’.

Min-naħa tiegħu, il-kap tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU Volker Türk tenna li kwalunkwe attakk ikun “tal-biża'” u ħafna nies ċivili “x’aktarx se jinqatlu”.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ħabbar li kien ordna lit-truppi biex jippreparaw biex jespandu l-operat tagħhom anke f’Rafah. Huwa wiegħed li jegħleb lill-irġiel armati tal-Ħamas li jinsabu moħbija f’din il-belt.

Ekonomija

Sport