Tuesday, April 30, 2024

L-Ekwador qed jiffaċċjaw li jitkeċċew mit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

Aqra wkoll

L-Ekwador qed jiffaċċjaw li jitkeċċew mit-Tazza tad-Dinja wara li ġiet żvelata evidenza ġdida ta’ ammissjoni xokkanti mingħand wieħed mill-players tagħhom li uża ċertifikat tat-twelid falz li ġie moħbi mill-FA tal-Ekwador.

Din ir-rivelazzjoni fl-inkjesta tal-FIFA dwar il-każ ta’ Byron Castillo waslet jiem qabel ma l-Kummissjoni tal-Appelli għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni nhar il-Ħamis, u tista’ tbiddel l-“identità” tal-avversarji tal-Qatar fl-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja.

Dan il-każ li jinvolvi l-allegati identitajiet foloz kif ukoll il-qerq tal-FA Ekwadorjana fir-rigward tal-player Castillo li lagħab tmien darbiet fir-round ta’  kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Il-mistoqsija hija kemm verament twieled fl-Ekwador jew inkella fil-Kolumbja.

Peró l-evidenza li kixfet dan il-qerq tinkludi:

  • tistqarr biċ-ċar li twieled fl-1995 għall-kuntrarju tad-data tal-1998 mogħtija fuq iċ-ċertifikat tat-twelid Ekwadorjan tiegħu.
  • l-isem sħiħ tiegħu huwa Bayron Javier Castillo Segura, li jaqbel mad-dettalji taċ-ċertifikat tat-twelid Kolumbjan tiegħu, aktar milli l-isem fuq iċ-ċertifikat tal-Ekwador, Byron David Castillo Segura.
  • Jiddeskrivi fid-dettall it-tluq mill-belt Kolumbjana ta’ Tumaco għal San Lorenzo fl-Ekwador biex ikompli karriera fil-football.

Il-FIFA ilha tinvestiga lil Castillo minn April li għadda meta rċeviet ilment uffiċjali mill-FA Ċilena, li sostniet li ma kienx eliġibbli biex jirrappreżenta lill-Ekwador peress li huwa ċittadin Kolombjan li daħal fl-Ekwador bħala immigrant illegali.

Fil-jiem li ġejjin, il-FIFA se tiddeċiedi jekk l-Ekwador jiġux imkeċċija.

Sport