Sunday, December 22, 2024

L-Erbgħa jibda l-kampjonat Ewropew tal-Blackball 2023

Aqra wkoll

Kollox lest sabiex għada Malta tospita l-kampjonat Ewropew tal-Blackball 2023 li se jsir fid-Dolmen Hotel f’Buġibba.

B’kollox se jieħdu sehem 802 plejers minn 12-il pajjiżi differenti fejn apparti Malta se jkun hemm ukoll l-Ingilterra, Ġibilta’, Skozja, Irlanda, Franza, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Olanda, Ċipru, Wales, il-Katalunja u l-Belġju.

Wales għandha l-ikbar kontinġent meta tellgħet 144 plejer segwiti mill-Ingilterra b’130 u Malta b’106.

Se jkun hemm għaxar kategoriji ta’ kompetizzjonijiet u dawn huma riservati għall-irġiel, nisa, żgħażagħ ta’ taħt il-15, 18 u 23 sena, seniors, masters, grandmasters, wheelchair u Lds.

F’Buġibba għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex għada filgħodu ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ u eventwalment il-bidu tal-kompetizzjonijiet. Hemm stennija kbira fost il-parteċipanti Maltin li jkomplu dak li kisbu s’issa f’dawn l-aħħar edizzjonijiet internazzjonali.

Il-kampjonat Ewropew tal-Blackball jintemm fit-8 ta’ Novembru li ġej u d-dħul għal-logħob kollu huwa b’xejn.

Ekonomija

Sport