Monday, December 23, 2024

L-Eritrean Biniam Girma isir l-ewwel Afrikan iswed li jirbaħ tappa tat-Tour de France

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Biniam Girmay (Intermarche-Wanty) kiteb l-istorja meta sar l-ewwel Afrikan iswed li rebaħ stadju tat-Tour de France.

Huwa rebaħ it-tielet tappa li kienet bejn Piacenza u Turin fuq distanza ta’ 230.8 kilometri, meta rreġistra ħin ta’ 5 sigħat, 26 minuta u 48 sekonda.

Dan iċ-ċiklist mill-Eritrea rebaħ l-isprint finali biex għeleb l-isfida tal-Kolumbjan Fernando Gaviria (Movistar) u tal-Belġjan Arnaud de Lie (Lotto Dstny) li temmew fit-tieni u fit-tielet postijiet rispettivament.  

L-Ekwadorjan Richard Carapaz (EF Education-EasyPost) qed jillidja l-klassifika ġenerali b’ħin ta’ 15:20:18.

Illum issir ir-raba’ tappa, hekk kif dan it-Tour jidħol fi Franza … minn Pinerolo (l-Italja) sa Valloire fuq distanza ta’ 139.6 kilometru.

Ekonomija

Sport