Wednesday, April 9, 2025

L-ewwel fdalijiet tal-bnedmin f’pajjiżna jindikaw li kienu proprju l-Mellieħa

Aqra wkoll

“Fl-aħħar xhur kont f’kuntatt ma’ Prof. Scerri, l-arkeologista, rigward sejba importanti fil-lokalità għażiża tagħna,” kiteb Gabriel Micallef, is-Sindku tal-Mellieħa.

Skont dak skopert, l-ewwel fdalijiet tal-bnedmin f’pajjiżna jindikaw li kienu proprju l-Mellieħa – speċifikament fl-Għar tal-Latnija – li kienu l-ewwel żona abitata, bidla radikali fil-kors tal-istorja tagħna.

Din l-iskoperta tmur lura 1,000 sena aktar milli dak li kien diġà skopert f’Għar Dalam.

“F’sensiela ta’ skambji kemm mal-arkeologi kif ukoll mar-rappreżentanti ta’ Heritage Malta, filwaqt li wrejna l-apprezzament tagħna għax-xogħol prezzjuż tagħhom, esprimejna wkoll ir-rieda qawwija mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex din iż-żona tkun salvagwardjata u protetta, sabiex is-sejbiet ikunu ppreżervati, u l-istess arkeologi jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom fuq il-post.

“Nappellaw lill-pubbliku sabiex japprezza dan kollu – kemm ix-xogħol li qed isir kif ukoll l-iskoperta storika li tbiddel kompletament il-fehma tagħna dwar l-istorja tal-ewwel bnedmin f’pajjiżna,” temm jikteb is-Sindku Micallef.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport