Ilbieraħ dan is-sit mar ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif it-tfajla ta’ 23 sena Kimberly Zammit kienet se tibda l-vјaġġ tagħha ġewwa l-Ġermanјa.
Intant f’aġġornament kontinwi fuq Facebook, kemm minnha u kif ukoll mill-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa, Josette Busuttil tħabbar illi Kimberly ħadet l-ewwel shot meħtieġ.
F’intervista li konna għamilnielha, Zammit qaltilna; “Nixtieq nirringrazzja lin-nies ta’ dak kollu li qed jagħmlu miegħi. biex nieħu l-aħħar ċans biex ngħix għax din hija l-aħħar tama li għandi. Emminni qas nista nemmen. Bla kliem għax in-nies qed jgħinu ħafna. Nixtieq nirringrazzja lil Josette Busuttil u lis-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia għax bis-saħħa tagħhom l-poplu Malti vera qiegħed warajja u wara t-tifla tiegħi”