Wednesday, July 24, 2024

L-FA Ingliża trid iġedded il-kuntratt ta’ Gareth Southgate

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate mhux se jiddeċiedi għalissa dwar il-futur tiegħu hekk kif bħalissa jinsab iffukat fuq il-kampjonat Ewropew 2024 li se jsir fil-Ġermanja.

Fil-verita’ l-Federazzjoni tal-Futbol Ingliża trid iġedded il-kuntratt ta’ dan il-kowċ Ingliż li wera kwalitajiet kbar kemm ilu jmexxi lit-Three Lions. Huma jixtiequ joffrulu kuntratt ta’ sentejn oħra sa tmiem it-tazza tad-dinja 2026.

Southgate iddebutta proprju kontra Malta fis-sena 2016 u għall-bidu beda bħala kowċ temporanju bil-federazzjoni Ingliża li kkonfermatu ftit tax-xhur wara.

Ekonomija

Sport