Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Marcus Rashford mhux se jingħaqad ma’ Paris SG

Marcus Rashford mhux se jingħaqad ma’ Paris SG

0
176

Minkejja li kien hemm diversi spekulazzjonijiet li kienu qed jgħidu li Paris St Germain kienu se jakkwistaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż Marcus Rashford minflok Kylian Mbappe, l-istess Pariġini ċaħħdu din l-aħbar hekk kif qalu li m’għandhom l-ebda interess fih.

Rashford ma tantx kellu staġun pożittiv ma’ Manchester United matul dan l-istaġun hekk kif skorja biss seba’ gowls f’34 partita. Il-futur tiegħu f’Old Trafford jidher ferm inċert u jista’ jkun li jiġi trasferit għal Ġunju.