Tuesday, May 14, 2024

L-Għaqda Repubblika tilfet il-kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali

Aqra wkoll

Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Ewwel Qorti u stqarret li l-Għaqda Repubblika m’għandhiex id-dritt li tilmenta ksur ta’ dritt fundamentali ta’ ġudikant indipendenti u mparzjali.

Dan fil-kuntest li l-Maġistrat Nadine Lia kienet ċaħdet talba tal-Għaqda Repubblika biex tirrikuża ruħha milli tisma kawża kontra l-Kummisssarju tal-Pulizija għax ma ħax azzjoni kontra d-diretturi u l-propjetarju tal-Bank Pilatus.

Bħal m’għamlet l-ewwel Qorti, il-Qorti Kostituzzjonali qalet li biex Repubblika jkollha d-dritt tilmenta li mhix tingħata smiegħ xieraq trid turi li għandha interess dirett fil-każ li jkun qed jinstema’.

Wara s-sentenza, l-Għaqda Repubblika filwaqt li qalet li tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti stqarret ukoll li kienet diżappuntata bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.

Sport