L-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida se tingħalaq temporanjament minn għada l-Ħadd l-1 ta’ Ottubru fis-6.00pm minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi. Dan tħabbar fi stqarrija li ħareġ il-Korp tal-Pulizija ftit tal-ħin ilu.
Is-servizzi offruti minn din l-għassa se jiġu rilokati għall-Għassa ta’ Tas-Sliema li tinsab fi Triq Manuel Dimech, Sliema.
F’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001.
Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent.