Sunday, December 22, 2024

“L-Għira Oħt il-Ġenn għax taħlilek ħinek tiffoka fuq ħolm ħaddieħor”

Kapitlu 13 b'kollaborazzjoni ma' artist Olandiż

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dejjem sħaqt dwar il-bżonn li ngħinu lil xulxin biex nikbru fil-lirika bil-lingwa tagħna u idejja ma jħallunix nieqaf milli nesprimi l-weġgħa tiegħi”. Hekk beda biex jgħid ma’ Talk.mt Joseph minn Kapitlu 13 hekk kif ftit tal-ħin ilu tnediet il-kanzunetta ġdida tagħhom l-Għira Oħt il-Ġenn.

Din hija l-ewwel kollaborazzjoni tal-artisti lokali flimkien ma’ artist barrani. B’taħlita ta’ talent lokali ma’ dak fl-Olanda, Joseph xtaq iwassal messaġġ dwar kemm hu sabiħ li persuna jkollha l-aspirazzjonijiet tagħha u tibqa’ ffukata fuqhom lil hinn minn dak li jaħsbu n-nies.

YouTube video

“Il-fatt li ma jimpurtanix x’tagħmel int mhuwiex b’suppervja, anzi bħala Kapitlu 13 dejjem konna soġġetti għal kritika kostruttiva, dejjem smajna lill-udjenzi tagħna, iżda qatt ma’ ħallejna ċertu kummenti jfixkluna mill-objettiv tagħna. Nappella lil dawk kollha li jazzardaw joħolmu qalb kull sfidi soċjali li jkollhom jaffaċċjaw ta’ kuljum, biex jibqgħu jaqdfu ’l quddiem, anke jekk xi drabi tħossok qiegħed tibqa’ fl-istess post, jekk tibqa’ temmen f’dak li tixtieq, xi darba taf tasal… jekk iċċedi tgħix ħajtek f’rimors”, temm jgħidilna Joseph

Ekonomija

Sport