Tuesday, May 14, 2024

L-ilbies tal-maskri fl-iskejjel mhux mistenni jibqa’ obbligatorju wara l-Għid

Aqra wkoll

Mistoqsi minn Talk.mt rigward l-ilbies tal-maskri għat-tfal fl-iskejjel, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li ninsabu viċin l-vaganzi tal-Għid u mill-analiżi li qiegħda ssir jidher li se jkun hemm rilaxx f’dawn ir-restrizzjonijiet ukoll. 

Fearne qal li l-ħsieb hu li tkompli tiġi analizzata s-sitwazzjoni matul il-vaganzi tal-Għid. Żied jgħid li milli jidher sal-lum, x’aktarx li fit-term ta’ wara l-vaganzi, mhux se jibqa’ jkun obbligatorju li t-tfal jilbsu l-maskri fil-klassi. Minkejja dan il-Ministru tas-Saħħa qal li min irid jibqa’ jilbisha jagħmel tajjeb, iżda mhux se tibqa’ obbligu bil-liġi.

Dan intqal fi tmiem konferenza stampa li matulha nieda ġnien f’Raħal Ġdid li jfakkar il vittmi tal-Covid.

Sport