Friday, November 15, 2024

“L-imħabba lejn il-familja kien valur importanti fil-ħajja ta’ John”

Jingħata l-aħħar tislima John Grech

Aqra wkoll

Folla ta’ nies fil-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa tat l-aħħar tislima lil John Grech; missier il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Waqt il-funeral, iċ-ċelebrant li mexxa l-quddiesa fakkar dwar il-kwalitajiet sbieħ ta’ John u qal li huwa kien iħaddem dawn il-kwalitajiet mingħajr daqq ta’ trombi.

Meta kien qiegħed jitkellem dwar dan huwa qal li hu u jagħmel il-lista tal-kwalitajiet tiegħu mal-qraba, kellu jieqaf għax kienet lista wisq twila u li sabuha diffiċli biex iħallu ċertu kwalitajiet li tant kienu pożittivi fil-ħajja tiegħu.

L-imħabba lejn il-familja kienet xi ħaġa li turi s-serjetà ta’ John u dan hekk kif skont iċ-ċelebrant, fejn tidħol martu Frida ma kien joqgħod ħadd. Qal li John kien ilu jkollu sinjali li marid serjament u żamm dawn is-sinjali mistura sforz l-istess imħabba tiegħu. Meta ma setax jaħbi iżjed u t-tobba qalulu għax ma tkellimx qabel, it-tweġiba tiegħu kienet għax beża’ li ma jkunx jista’ jibqa’ viċin martu.

Kien ibnu Bernard Grech li ħabbar l-mewt ta’ missieru John il-Ħadd li għadda. Fl-età ta’ 90 sena, John kien persuna importanti f’ħajjet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tant li minkejja diversi sfidi, baqa’ maġenbu anke fil-ħajja politika tiegħu speċjalment matul il-kampanja elettorali ftit tax-xhur ilu.

Ekonomija

Sport