Sunday, November 24, 2024

L-Imħallef Abela jordna biex fi żmien żewġ seduti jingħalqu l-provi dwar il-każ taż-żejt

Aqra wkoll

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, sede Kostituzzjonali, ippreseduta mill-Imħallef Toni Abela ordnat lill-Qorti tal-Maġistrati biex fi żmien ta’ mhux aktar minn żewġ seduti, il-Prosekuzzjoni tagħlaq il-provi kollha tagħha dwar l-allegat skandlu taż-żejt.

Dan hu każ li seħħ bejn l-2002 u l-2012 fejn allegatament kien hemm tixħim fix-xiri ta’ żejt fuq perjodu ta’ 12-il sena. L-Imħallef Abela ordna biex fi żmien żewġ seduti l-kumpilazzjoni tiġi magħluqa.

Kien il-Ġimgħa filgħodu li l-Qorti tat is-sentenza tagħha għal kawża li kienet infetħet minn Tancred Tabone, wieħed mill-akkużati u li dwaru tressaq l-ewwel darba lura fl-2013 mixli b’numru ta’ akkużi u reati li allegatament saru waqt li kien qed jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Enemalta.

L-Imħallef Abela ta’ €7,000 f’danni hekk kif instab li d-dewmien fil-kawża kiser id-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq tant li ilu mill-2013 bl-assi tiegħu ffriżati, fost oħrajn.

Il-Qorti qalet li fuq 11-il sena saru aktar minn 60 seduta u li f’aktar minn 50 minnhom ma sar assolutament xejn jew kien hemm biss progress żgħir.

Sport